Merħba bikom

Jiena l-Qawsalla tal-APS Bank maħluqa apposta għalikom, tfal, biex ikollkom post fuq l-internet fejn tistgħu titgħallmu affarijiet ġodda f’ambjent divertenti.

Dan is-sit inħoloq biex jippromwovi d-diska kompatta Taqbila li fiha ġabra ta’ għanjiet għat-tfal u se jibqa’ jiġi aġġornat minn żmien għal żmien.

Intom il-ġenituri tistgħu tirreġistraw minn hawn biex ikollkom l-għajnuna għall-eżerċizzji ta’ taħriġ li fih dan is-sit għat-tfal tal-Primarja.

Tista’ tiktbilna fuq qawsalla@apsbank.com.mt.

Id-diska kompatta Kewkba

Is-CD Kewkba fiha ġabra ta’ għanjiet għat-tfal, bl-arranġamenti mużikali oriġinali tal-kompożitur Dominic Galea.

Is-CD tinkludi 12-il silta. Kull CD tiswa €7.50 biss u l-qligħ minn kull waħda jmur għall-”Dr. Klown”.

Is-CD tista’ tinxtara mingħand l-Uffiċċju ta’ Dr. Klown Mater Dei, jew ċemplu fuq 2137 4676.




Id-diska kompatta Taqbila

Is-CD Taqbila fiha ġabra ta’ għanjiet għat-tfal, kantati mill-Mirabitur Youth Choir, bl-arranġamenti mużikali oriġinali tal-kompożitur Dominic Galea.

Is-CD tinkludi 17-il silta. Fosthom hemm il-kanzunetta Malta, li nstabet f’pitazz antik tal-poeta Karmenu Vassallo, u oħrajn li ntgħażlu apposta għal din il-ġabra.

Kull CD tiswa €2.50 biss.





Arti u Tpinġija

Hawn issib ftit disinji lesti li tista’ ttihom il-kulur u xi xogħlijiet li rċivejna għall-kompetizzjonijiet tat-tpinġija li kellna dan l-aħħar.

Jekk inti  wkoll tixtieq tibgħat it-tpinġija tiegħek biex tidher hawnhekk, tista’ tibgħathielna hawn jew bil-posta fl-indirizz: APS Bank, Iċ-Ċentru tal-APS, Triq it-Torri, Birkirkara. Jekk jogħġbok fuq l-envelopp  ikteb “QAWSALLA.COM”. It-tpinġija ma tintbagħatlekx lura imma jekk trid tista’ ċċempel fuq 2560 3221 biex tiġborha mill-eqreb fergħa tal-APS.


Logħob

Għaddi ftit tal-ħin u ħalli l-kreattività tiegħek timraħ f’dawn l-attivitajiet.

Taħriġ

Aqra dawn il-leġġendi:

L-Għarusa tal-Mosta
Il-Kuluri ta’ Malta

Stejjer mill-ħarġiet ta’ Tagħna t-Tfal:

Tagħna t-Tfal 2009 | Tagħna t-Tfal 2010
Tagħna t-Tfal 2011 | Tagħna t-Tfal 2012


Hawn issib ftit taħriġ għall-istudenti tal-primarja. Il-ġenituri jistgħu jinkitbu minn hawn għat-tweġibiet tal-eżerċizzji.

L-Ewwel Sena:
L-alfabett 1 | 2

It-Tieni Sena:
Il-karti tat-taħriġ 1| 2 | 3 | 4

It-Tielet Sena:
Il-verbi

Ir-Raba’ Sena:
L-Artiklu, Il-professjonijiet

Il-Ħames Sena:
L-Aggettivi

Is-Sitt Sena:
Is-sentenzi 1 | 2

Kif iġġemma’

Jekk  jirnexxilek iġġemma’ ftit minn dak li taqla’, fil-futur tkun tista’ tixtri dak li tixtieq. Jekk tonfoq kollox f’salt, dan ma tkunx tista’ tagħmlu.


Faddal f’post wieħed
Il-ġenituri tiegħek aktarx li jfaddlu flushom f’kont bankarju. Sakemm ikollok kont tiegħek, tkun idea tajba li ġġemma’ dak li taqla’ f’karus jew f’xi kaxxa biex flusek ikunu fiż-żgur. Jekk qed tippjana li ġġemma’ ħafna,  staqsi jekk tistax tpoġġi flusek f’kont bankarju.

Qassam l-ispejjeż
Tajjeb li tfaddal flusek b’dan il-mod:
Kompli Aqra »